Sunday, December 22, 2024

Tkompli l-esperjenza ta’ Warren Sciberras fl-Ingilterra

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt, 25 ta’ Marzu, is-sewwieq Malti Warren Sciberras ħa sehem fl-ewwel round tal-Kampjonat Brittaniku tal-Endurance mat-T4 Motorsport Team tal-Ingilterra.

Kienet tellieqa ta’ 3 sigħat flimkien mas-sewwieq Max Hart. Sciberras u Hart saqu għal 90 minuta kull wieħed u kellhom erba’ pit stops f’180 minuta. Huma spiċċaw il-ġurnata fir-4 post tal-Klassi u fl-14-il post fost is-sewwieqa kollha.

Wara t-tellieqa, Sciberras qal, “Tgħallimt ħafna, u qed inħossni aktar matur. Qed nitgħallem ħafna mill-kollegi professjonali tiegħi li għandħom aktar esperjenza. Baqagħli ħafna x’ nitgħallem, iżda nħoss li qiegħed fit-triq it-tajba.”

Sciberras kompla, “Silverstone Grand Prix, l-istess trakka użata għall-Formula Wieħed, hija korsa mill-aqwa, u jien kburi li bħala Malti soqt f’din il-korsa f’dan il-kampjonat.”

Ekonomija

Sport