Saturday, December 28, 2024

Tkompli l-ħidma ta’ salvataġġ ġewwa l-Awstralja hekk kif Sydney tipprepara li tintlaqat mill-għargħar

Aqra wkoll

Matul l-aħħar sigħat kom­pla jippersisti l-għargħar ġewwa l-Lvant tal-Awstralja fejn saħansitra l-militar kellu juża ħelikopters biex isalvaw persuni minn fuq is-soqfa ta’ djarhom hekk kif żoni sħaħ spiċċaw mgħarrqin taħt l-ilma. Dan id-diżastru naturali żvolġa kawża ta’ jiem sħaħ ta’ xita torrenzjali, liema maltemp issa qiegħed joqrob lejn Sydney fejn mistenni li hemm ukoll jikkawża għargħar. 

In-numru ta’ persuni mejta issa tela’ għal għaxra hekk kif fl-aħħar sigħat kien hemm rapporti ta’ mara anzjana li nstabet mejta ġewwa r-residenza tagħha. Għargħar, li beda tard il-ġimgħa li għaddiet, għarraq numru ta’ żoni madwar Queensland u New South Wales.

Is-Sindku ta’ New South Wales, Dominic Perrottet iddeskriva dan it-temp estrem bħala wieħed li jseħħ “darba kull elf sena”. Huwa tenna li l-ħaddiema tas-salvataġġ wettqu iktar minn 1,000 salvataġġ u rċevew madwar 6,000 telefonata għall-għajnuna. 

Skont l-aħħar rapporti, mijiet ta’ persuni għadhom maqbudin ġewwa djarhom fit-Tramuntana ta’ New South Wales sewwasew fil-belt ta’ Lismore, fejn saħansitra għexieren ta’ persuni spiċċaw iqattgħu l-lejl fuq il-belt. Lismore hija waħda mill-iktar żoni milquta f’dan il-maltemp.

Ekonomija

Sport