Saturday, December 21, 2024

Tkompli l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-assassinju tal-blogger Daphne Caruana Galizia, illum imiss jagħti x-xhieda tiegħu l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa.

Fl-aħħar seduta xehed Kurt Farrugia li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-assassinju tal-blogger Daphne Caruana Galizia, illum mistenni jagħti x-xhieda tiegħu l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa.

Fl-aħħar seduta xehed Kurt Farrugia li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

11:15 a.m: Temmet ix-xhieda tagħha ir-rappreżentanta ta’ RSF.

David Casa mhux mistennija jixhdu llum minħabba impenji barra mill-pajjiż.

L-Erbgħa li ġej mistenni jixhed il-Ministru Evarist Bartolo u l-Ġimgħa l-MEP David Casa.

11:00 a.m: Mistoqsija minn Azzopardi, jekk tul il-karriera tagħha ta’ 27 sena, hija ratx sitwazzjoni fejn kien hemm koordinazzjoni mill-ogħla livelli ta’ poter biex jiddiskreditaw il-politika, hija saħqet li affarijiet bħal dawn rathom fil-Bulgarija.

“Din mhix komuni. Hija sitwazzjoni li ssibha wkoll f’pajjiżi fil-Balkani bħas-Serbja u l-Montenegro.” L-Imħallef Said Pullicino jisħaq li din tista tkun perċezzjoni, u mhix stat ta’ fatt.

Azzopardi, b’referenza indiretta għall-blog ta’ Bedingfield, staqsa jekk kienx hemm okkażjonijiet fejn uffiċjali fi ħdan il-Prim Ministru jiktbu kontra ġurnalisti,. Hija saħqet li din hija xi ħaġa li tiġri f’pajjiżi, foshtom il-Bulgarija, il-Polonja u l-Islovakkja.

Spjegat li dan seħħ anke fl-Italja fi żmien Matteo Salvini. Azzopardi saħaq li dan kien il-ħabib ta’ Jospeh Muscat, xi ħaġa li l-Imħallfin qalulu pubblikament li ma kellux jgħid għax hija rrelevanti.

10:45 a.m: L-Imħallef Said Pullicino saqsa jekk il-fatt li l-istejjer ta’ Caruana Galizia bdew iseħħu minn persuni oħra huwiex sinjal tajjeb. Hija saħqet li iva, pero tennet li “il-fatt li għandkom vera ftit ġurnalisti indipendenti tifsser li l-problema f’Malta għadha kbira.”

Il-membru tal-RSF saħqet li hiija ppubblikat rapport fuq is-sitwazzjoni Maltija, bit-titlu: “Ġustizzja mdewma”.

F’dan ir-rapport, spjegat il-kuntest ta’ Malta, li hemm tmermir tal-ambjent ġurnalistiku f’pajjiżna u l-interferenza politika hija ċara fl-investigazzjoni tal-qtil.

10:30 a.m: L-Imħallef Abigail Lofaro saqsiet fuq il-ġuri li hemm kontra t-tliet presuni (L-aħwa Degiorgio u Muscat), kif ukoll dak ta’ Yorgen. Hija saħqet li l-fatt li għadu ma bdiex il-ġuri kontrihom anke jekk ilhom il-ħabs għal diversi xhur, hija wkoll inkwetanti. Il-fatt li l-ġurnalisti ta’ Malta ma jridux jidhru pubblikament, bl-isem jew bil-wiċċ, hija wkoll problema. Hija gżira żgħira, pero hija indikazzjoni ċara li hemm nuqqas ta’ sigurtà.

10:15 a.m: Mistoqsija għar-raġuni li Malta baqgħet nieżla f’din l-indiiċi, Adès-Mével qalet li l-ġurnalsiti Maltin kienu qegħdin iħossu t-tensjoni fil-pajjiż,kif ukoll il-polarizzazzjoni. Qalet li jidher li s-sitwazzjoni fil-preżent tjibet pero mhix biżżejjed.

Hija nnutat ukoll li “Ma rridux ġurnalist ieħor li jmut f’Malta. Ma nistax ngħid jekk din hijiex se terġa’ sseħħ”.

Hija kkumparat il-ħidma li qiegħed isir f’Malta u Slovakkja, u qalet li temmen li l-qtil ta’ Jan Kuciak, il-progress li qiegħed isir huwa aktar sodisfaċenti minn dak ta’ Malta.

9:50 a.m: Imiss lil Pauline Adès-Mével, minn Reporters Without Borders, biex tagħti x-xhieda tagħha. Hija saħqet li ilha taħdem u tirraporta fuq dan il-każ matul dawn l-aħħar tliet snin u nofs.

Hija taħdem bħala spokesperosn mal-RSF, kif ukoll kienet r-rappreżentanta risponsabbli mill-monitoraġġ tal-ħarsien tal-liberta tal-esperssjoni fi ħdan l-istati membri tal-UE. RSF kienet tippubblika indiċi kull sena bi kwestjonarju fuq is-sitwazzjoni f’pajjiżna. Qalet li fi Frar tal-2017, kellha informazzjoni li DCG kienet qegħda tirċievi t-theddid.

Ntbagħtet ittra lill-Kunsill tal-Ewropa fuq il-każijiet tagħha, fosthom il-każijiet ta’ libell li kellha minn Chris Cardona, u spjegat li kienu ngħaqdu ma’ għaqdiet oħra favur il-libertà tal-espressjoni. Żiedet tgħid li kienet taħdem mal-AP (L-aġenzija prinċipali tal-ġurnalisit fid-dinja), u taf meta s-sitwazzjoni għall-ġurnalisit ma tkunx normali.

“Indunajt li s-sitwazzjoni kienet bdiet tmur għall-agħar. Ippruvajt nistabilixxi kuntatt magħha, ma rnexxilix, pero ftit wara iltqajt mat-tifel tagħha, Matthew, meta kien jaħdem mal-ICJ. Kellna din il-laqgħa miegħu fl-2017 fejn iddiskutejna għal siegħa u nofs, u kont impressjonata b’dak li hija kienet qiegħda tiffaċċja. Iben Daphne spjega s-sitwazzjoni ma’ ommu, il-pressjoni li hija kienet qiegħda tiffaċċja, u saqsejtu għala waslet sa dan il-livell. Huwa qalli fuq il-klieb tagħhom li kienu qegħdin jinqatlu. Persuni oħra tkellmu privatamaent mal-RSF, ġurnalist lokali kif ukoll aġenziji internazzjonli, li xehdu privatament għax kienu qegħdin jibżgħu. Dakinhar, l-RSF kienet ikkonċernata ħafna bil-Polonja u l-Ungerija, pero jiena kont nemmen li hemm pajjiżi oħra, bħal Malta u Ċipru, fejn is-sitwazzjoni kienet qiegħda teħżien, u għal xi raġuni, l-istituzzjonijiet Ewropej ma kinux qegħdin iqisu x’qiegħed jiġri fid-dettal,” kompliet Pauline Adès-Mével.

9:45 a.m: L-Avukata Therese Comodini Cachia mill-parte civile tippreżenta kopja tar-rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar il-kumpanija Vitals Global Healthcare.

Titla tixhed Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia. Quddiem il-Qorti tiġi ppreżentata intervista li Daphne kienet għamlet ftit qabel inqatlet. Preżentat ukoll ir-recording ta’ din l-intervista flimkien ma’ kopja tal-artiklu ppubblikat fil-gazzetta The Guardian.

Ekonomija

Sport