Sunday, December 29, 2024

Tkompli l-kumpilazzјoni ta’ raġel mill-Gambјa mixli li stupra tliet nisa 

Aqra wkoll

Ilbieraħ fil-Qorti kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ raġel mill-Gambja mixli li stupra tliet nisa.

Harona Conateh ta’ 32 sena jinsab mixli bi stupru f’każijiet li seħħew darba f’Ġunju u darbtejn f’Lulju, fi ħwienet differenti li joffru servizz tal-massaġġi. 

Fil-Qorti, l-ewwel vittma spjegat kif l-imputat kien talabha servizzi ta’ massaġġi ma’ sidru. Spјegat li meta rrifјutat li tagħmel dan, allegatament Conateh, tajrilha n-nuċċali, qabadha mill-polz u waddabha mal-art.

Il-vittma spjegat li l-imputat kompla jersaq lejha u f’ħin minnhom qabadha minn idha u bl-id l-oħra neħħielha l-qalziet u beda jmissilha l-parti tagħha.

Kien hawn feјn il-vittma rrimarkat li dak il-ħin bdiet twerżaq u titolbu bil-ħniena biex јieqaf.

Kompliet tgħid li l-aggressur ħareġ ħabel u rabtilha idha t-tnejn flimkien. Il-vittma stqarret li rrealizzat li ma tistax tirreżisti l-forza tar-raġel u għalhekk qaltlu li jekk kien se јħollha kienet se ttih dak li јitlobha tagħmel.

Ingħad li dak il-ħin hu talabha biex terġa’ tmisslu sidru iżda hi ppruvat talјenah.

Fix-xhieda tagħha kompliet tgħid li Harona mill-ġdid imbuttaha u li allegatament meta waqgħet għal wiċċha, dan ipprova jistupraha.

Il-vittma spjegat li kellha tbenġil fuq sieqha, marki mal-polz, sofriet ġrieħi fil-kustilji u meta kienet eżaminata minn ġinekologa, irriżulta li kellha ġrieħi fuq ġewwa tal-parti tagħha. 

Mitluba tiddeskrivi lill-aggressur, qalet li kien liebes flokk skur u skufja safra. Dan ikkonfermah ukoll l-espert tal-Qorti li kien inkarigat jevalwa l-filmati minn kameras tas-sigurtà tal-post. Meta kien mitlub jispjega x’ra fil-filmati, l-espert xehed li ra persuna dieħla u ħierga madwar għaxar minuti wara, fil-ħanut tal-massaġġi liebes flokk skur u skufja safra. 

Fi tmiem ix-xhieda tagħha, il-mara qalet li spiss tħossha mdejqa wara li dak li ġarbet u għarfet lill-akkużat fl-awla. 

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angele Vella u Nicholas De Gaetana f’isem l-Avukat Ġenerali. 

L-akkużat qed ikun assistit mill-Avukat Ilona Schembri.

Ekonomija

Sport