Saturday, September 14, 2024

Tkompli t-tfittxija għal 12-il persuna nieqsa wara li vapur jieħu n-nar qrib Korfù

Aqra wkoll

Bħalissa, qrib il-gżira Griega ta’ Korfú, għaddejja tfittxija għal 12-il persuna li huwa maħsub li jinsabu nieqsa wara li l-vapur li kienu abbord inħakem min-nar. Jidher li dawk nieqsa u oħrajn li ġew salvati huma xufiera tat-trakkijiet mill-Bulgarija, mill-Greċja, mit-Turkija u mil-Litwanja.

Total ta’ 280 persuna ġew evakwati mill-vapur u tnejn oħra ġew salvati permezz ta’ ħelikopter. Il-vapur, Euroferry Olympia, propjetá tal-kumpanija Taljana Grimaldi Lines kien għadu kemm telaq mill-port ta’ Igoumenitsa fil-Greċja għall-port ta’ Brindisi fl-Italja meta nħakem min-nar.

Ekonomija

Sport