Il-Pulizija tkompli tappella lill-pubbliku biex jgħinha ssib lil Jonathan Baldacchino, raġel ta’ 36 sena u residenti Tas-Sliema, li fl-aħħar ġimgħat ġie rrappurtat nieqes.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija f’forma ta’ appell intqal li huwa deher l-aħħar fl-akkwati ta’ Ħ’Attard nhar il-5 ta’ Marzu, 2022.
Kull min għandu xi informazzjoni dwaru, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.