Tuesday, January 27, 2026

Tkompli t-tfittxija għat-tifla li ġarra l-baħar fiċ-Ċirkewwa

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili komplew bit-tfittxija għat-tifla ta’ 13-il sena li lbieraħ filgħaxija ġarra l-baħar fiċ-Ċirkewwa.

Jirriżulta li mat-tifla kien hemm ġuvni ta’ 17-il sena li jiġu ħuha li wkoll ġarru l-baħar, iżda b’xorti tajba tela’ waħdu fuq il-blat. Magħhom ukoll kien hemm il-missier li biex isalva lill-uliedu sofra ġrieħi f’siequ. Hu ngħata l-għajnuna medika minn tim ta’ infermiera li marru fuq il-post.

Sorsi qrib l-operazzjoni qalu lil dan is-sit li issa għadda wisq ħin għalkemm it-tama li tinstab ħajja ma tieqaf qatt.

Intant fi stqarrija l-Forzi Armati ta’ Malta qalu li “ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ ġie nfurmat għall-ewwel darba permezz ta’ sejħa fuq in-numru 112, u minnufih ġie mtajjar il-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ assistenza marittima. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċċjali mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta assistew ukoll billi wetqu tfittxijiet addizzjonali mill-art fiż-żona.

Wara tfittxijiet estensivi tul il-kosta u fl-inħawi tal-madwar, l-operazzjoni twaqqfet tard bil-lejl. Il-kundizzjonijiet tat-temp ħżiena, inklużi l-baħar imqalleb u riħ qawwi, għadhom joħolqu sfidi sinifikanti għall-ekwipaġġi kollha involuti. Minkejja dawn id-diffikultajiet, l-isforzi ta’ tiftix reġgħu bdew kmieni dalgħodu mal-ewwel dawl tal-jum.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport