Thursday, December 26, 2024

Tkompli tikber il-pressjoni mill-koppji biex ikollhom “it-tieġ tal-ħolm” tagħhom

Aqra wkoll

“Għalfejn mhumiex qed jisimgħu l-karba tagħna? L-ispejjeż ittripplaw minħabba r-restrizzjonijiet”

Ilbieraħ, il-Gvern, l-awtoritajiet tas-saħħa u l-għaqdiet tal-festi sabu kompromess fejn ġie deċiż li l-festi se jkunu qegħdin jirritornaw għan-normalitá tagħhom minn April “jekk is-sitwazzjoni tal-COVID-19 tibqa’ stabbli.”

Din l-aħbar, ġabet magħha ferħ fost id-dilettanti tal-festi u fost dawk li jitpaxxew bil-festa tradizzjonali Maltija. Iżda, din l-aħbar wkoll, bħal donnha kompliet tkabbar il-ferita ta’ dawk il-koppji li ilhom xhur u snin jippjanaw “it-tieġ tal-ħolm” tagħhom, li minħabba r-restrizzjonijiet kontra l-COVID-19, li baqgħu fis-seħħ għat-tiġijiet, din il-ħolma mhiex tissarraf f’realtá.

Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, huma l-għexieren ta’ koppji li qed b’vuċi waħda qegħdin jistaqsu “għalfejn l-awtoritajiet mhumiex qegħdin jisimgħu l-karba tagħna?” Din il-mistoqsija qiegħda ssir fid-dawl li r-restrizzjonijiet se jibdew ikunu rilaxxati għal numru ta’ setturi, iżda “għat-tiġijiet dan ir-rilaxx ma jgħoddx.”

Kwistjoni oħra li dawn il-koppji qegħdin isemmgħu hija li “tieġ, mingħajr restrizzjonijiet diġá jiġi jiswa għexieren ta’ eluf, bir-restrizzjonijiet li hemm imposti bħalissa, l-ispejjeż qegħdin jittripplaw.”

Fost il-messaġġ fuq il-midja soċjali, spikkaw dawk li qalu li huwa sabiħ li tara r-restoranti jerġgħu jieħdu l-ħajja u l-bliet u l-irħielu jerġgħu jilbsu l-libsa tal-festa wara nuqqas ta’ sentejn, “iżda bħalma qed ikunu rrilaxxati l-miżuri għal dawn, aħna qegħdin nitolbu biex isir l-istess ġustizzja magħna.”

Ekonomija

Sport