Saturday, November 23, 2024

“Tlabt spjegazzjoni lil Steward Healthcare … Għadhom kommessi li jagħtu servizz hawn” – Chris Fearne

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne fil-Parlament spjega li t-telfien ta’ impjiegi seħħ mad-dinja kollha. Spjega li “aktar kemm il-miżuri laqtu l-ekonomija, aktar kien hemm telf ta’ impjiegi.”

Żied jgħid li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, Malta għamlet lock down totali. “Kieku mhux din il-figura kien ikun hawn imma ħafna agħar,” tenna Fearne.

Huwa enfasizza li “iva konna infurmati mis-CEO ta’ Steward Healthcare, li hi stess xtrat numru ta’ assi li kienu f’idejn kumpanija oħra. Tlabt din l-ispjega bil-miktub. Irridu niflu u naraw xi tkun il-pożizzjoni tagħna. Irrid ngħid li Steward, għadhom kommessi li jagħtu servizzi hawn u l-ħaddiema u l-impjegati m’għandhomx għaliex jinkwetaw”.

Sport