Wednesday, December 25, 2024

“Tlaqt mill-Ukrajna lejn il-Polonja u mbagħad ġejt Malta” – Iryna

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iryna fil-kummenti tagħha lil Talk.mt qaltilna li “jien tlaqt mill-Ukranja flimkien maż-żewġ uliedi nhar il-Ħadd 27 ta’ Frar. Morna il-Polonja u minn hemmhekk xtrajt żewġ biljetti tal-ajru biex niġi lejn Malta.  Irrid ngħid li f’Novembru tas-sena li għaddiet ma kontx ingħatajt protezzjoni  u dan wassal biex kont sfurzata nitlaq minn Malta. Meta wasalt l-Ukanja applikajt għall-permess tax-xogħol. Is-sitwazzjoni fl-Ukrajna dakinhar kienet bdiet teħżien u t-tensjoni kienet qed teskala. Ommi kienet tkellmet ma’ Identity Malta fejn infurmathom bis-sitwazzjoni kif kienet qed tiddeterjora. Inħareġ il-permess tax-xogħol u jien flimkien ma’ wliedi erġajna rritornajna lejn Malta”.

Tenniet li “it-tifla l-kbira għandha 12-il sena u kemm hi u kemm jien ħadna it-tilqima kontra l-Covid-19. It-tifla iż-żgħira li għandha sitt snin, għadha bla tilqima. Kif wasalna fl-ajruport ta’ Malta ġejt infurmata li rrid nagħmel kwarantina f’lukanda u dan għax l-Ukrajna kienet fuq il-lista l-ħamra. Infurmajthom li jien għandi permess tax-xogħol u li mhux suppost inkun kwarantina. Ġejt infurmata, li la għandi permess tax-xogħol, nista’ nagħmel il-kwarantina għal 10 t’ijiem fid-dar. Għal siegħa sħiħa, uffiċjali fl-MIA imlewli diversi formoli. Jien, flimkien ma’ wliedi, qiegħda nagħmel il-kwarantina fid-dar fejn tgħix ommi, u li ilha tgħix fiha għal dawn l-aħħar sitt snin”. 

Tgħidilna li “warajja fl-ajruport ħallejt mara oħra tistenna lil xi ħadd, biex jgħinha b’rabta mal-kwarantina f’lukanda.” Hi saħqet li l-ħlas ta’ €1,400 għal kwarantina f’lukanda hu ħlas li jfisser tliet xhur paga fl-Ukrajna. 

Ekonomija

Sport