Wednesday, December 25, 2024

Tlett idniefel imutu fil-Mediterraneo

Aqra wkoll

Animal Liberation Malta tiżvela li tliet dniefel mietu fil-Mediterraneo s-sena l-oħra f’medda ta’ xahar.

Dan ġara bejn Awwissu u Settembru 2021. Din l-informazzjoni nżammet sigrieta għalkemm nafu li d-Direttorat tar-Regolamenti Veterinarji Malti, responsabbli li jirregola postijiet bħall-Mediterraneo, kien kompletament konxju dwar dawn l-imwiet.

L-attivisti ta’ Animal Liberation Malta ġew infurmati dwar il-mewt ta’ TLETT idniefel minn Margaux Dodds, Direttur tal-NGO Marine Connection ibbażata fir-Renju Unit.

It-tliet dniefel li mietu kienu kollha nisa, waħda kien ghad għandha biss seba’ snin skont ir-reġistru Cetabase, filwaqt li ż-żewġ dniefel l-oħra nemmnu li kellhom bejn 20 u 25. Dniefel nisa ta’ geddumhom qasir huma magħrufa li jistgħu
jgħixu madwar 60 sena.

Id-dniefel mejtin huma Onda, Mar u Melita. Onda u Mar inqabdu fis-sena 2000 mis-selvaġġ f’Kuba, biex baqgħu fil-gaġeġ tagħhom f’Malta sal-mewt, u Melita, mietet żgħira ħafna u kellha biss 7 snin.

Melita twieldet fil-Meditterraneo f’Ottubru 2014, bint Mar. Melita qatt ma għomiet fil-baħar.

Normalment parks internazzjonali mhux biss iħabbru l-mewt tad-dniefel tagħhom iżda jippubblikaw ukoll ir-riżultati tar-rapporti tan-nekropsija iżda dan ma kienx il-każ f’Malta. Il-park naqas milli jagħmel xi avviżi fuq il-midja soċjali tiegħu u lanqas fuq id-database uffiċjali tad-dniefel li jghixu fil-maghluq, iċ-Cetabase. L-ALM jistaqsi x’inhi r-raġuni wara din is-segretezza u għaliex l-awtorità regolatorja (id-Direttorat tar-Regolamenti Veterinarji Malti) ma indika xejn dwar dawn in-
nuqqasijiet, ghaddiet kważi sena mill-imwiet taghhom?

Ahna ma nafux jekk saretx jew le nekropsja u jekk saritx minn veterinarju indipendenti. Lanqas ma nafu jekk l-awtoritajiet kompetenti (id- Direttorat tar-Regolamenti Veterinarji Malti) għamlux l-investigazzjonijiet tagħhom stess billi nemmnu li dan il-każ kellu jitqies bħala każ serju, peress li, mhux wieħed imma TLETT idniefel mietu fiz-żmien xahar. B’hekk ma nafux il-kawża tal-mewt ta’
dawn it-tlett idniefel. Ahna ukoll nistaqsu, li kieku d-dipartiment veterinarju ħa azzjoni f’waqtha, wara il-mewt tal-ewwel denfil, il-ħajja ta’ żewġt idniefel setgħu jiġu salvati?

Aħna konxji li Alison Bezzina il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali fetħet investigazzjoni biex tifhem kif id-Direttorat tar-Regolamenti Veterinarji pproċessa l-inkjesta tagħhom dwar l-imwiet ta’ dawn id-dniefel. Nippretendu skond prattici etiċi u trasparenza li dan isir pubbliku u d-dokumenti u l-korrispondenza kollha mid-Direttorat tar-Regolamenti Veterinarji Malti dwar dan il-każ jiġu ppubblikati.

Madankollu, irrispettivament minn kif mietu d-dniefel u għaliex mietu, il-fatt hu li tliet dniefel mietu fit-tank tagħhom f’inqas minn xahar. Melita l-iżgħar waħda, bl-isem ta’ pajjiżna qatt ma kellha ċ-ċans li tħoss u kif tkun taf xi jfisser li tgħix fil-baħar, id-dar proprja tagħha. Lanqas ma kellha l-opportunità li tuża il-ħiliet tagħha tal-kaċċa u ħiliet oħra li kienet tagħmel użu minnhom fis-selvaġġ. Fis-selvaġġ kienet tgħix għal diversi deċenji, sfortunatament it-tank tagħha kien id-dar tagħha u l-post tal-mewt taghha.

ALM tirrispetta l-ħajja kollha u d-dritt tal-libertà għall-ispeċi kollha. Dan japplika wkoll għad-dniefel, iktar u iktar meta jkun ippruvat xjentifikament li d-denfil huwa t-tieni l-aktar ħlejqa intelliġenti u senzjenti, konxji minnhom infushom u kapaċi jipproċessaw l-emozzjonijiet simili għal bniedem.

Ċertament hija tortura li żżommhom magħluqa. Ironikament dawn id-dniefel jgħixu biss ftit metri mid-dar vera tagħhom. Iżda fil-verità l-mewt kienet l-unika triq li kellhom biex joħorġu mill-Meditterraneo għal Mar, Onda u Melita.

L-ALM issibha diffiċli tifhem kif il-gvern Malti kien kuraġġuż biżżejjed biex jipprojbixxi ċ-ċirklu tal-annimali iżda ta permess biex Meditterraneo topera taħt liċenzja taż-żoo. Meditteraneo mhu xejn ħlief ċirku akkwatiku permanenti u issa wara l-mewt ta’ Mar, Onda u Melita sfortunatament inbidel minn ċirku għal ċimiterju għalihom.

Il-Kapitolu 439 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali jiddefinixxi ċirku kif ġej: “ċirklu” tfisser kwalunkwe post fejn jiġu introdotti annimali għall-iskop ta’ spettaklu, manuvri u wirjiet jew oħrajn, u għandu jinkludi kull post fejn annimali użati f’dawn iċ-ċirkli jkunu miżmuma jew imħarrġa.

Attivista ta’ Animal Liberation Malta stqarret li “dan juri biċ-ċar li Meditterraneo huwa fil-fatt ċirklu, skont id-definizzjoni tal-istess att, u li ghaldaqstant għandu jieqaf juzahom ghall-ispetaklu”. Fil-fatt nitolbu lill-Kummissarju tal-Ħarsien tal-Annimali biex jinvestiga kif Mediterraneo ngħata liċenzja u din għandha tkun ippublikata skont id-direttiva taż-żoos fl-UE.

L-ALM tħeġġeġ lill-gvern biex għal darb’oħra jkun kuraġġuż, jieħu pożizzjoni u jagħlaq il-bibien tal-Mediterraneo, u jibd el dan il-post f’ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-ħlejjaq akkwatiċi. Il-post tal-park huwa perfett peress li jinsab viċin ħafna tax-xtut tal-kosta u Malta jkollha l-opportunità li tkun il-pijuniera mhux biss tal-kura tad-dniefel iżda wkoll ta’ ħlejjaq oħra tal-baħar.

Id-dniefel li fadal għandhom ikollhom l-opportunità jiġu trasferiti ġo ‘sea pen’ fl-ibħra tagħna stess ħalli hekk jgħixu ħajja naturali u hekk jieqaf dan it-tip ta spettaklu. Dan il-ħsieb għandu jiġi kkunsidrat mis-sidien tal-park u anki jkun hemm diskussjonijiet mal-awtoritajiet konċernati u esperti tad-dniefel.

Dan ipoġġi lil Malta fuq quddiem bħala eżempju ta konsiderazzjoni għal kwalità ta ħajja aħjar għad-dniefel hekk Malta tista’ tkun ta eżempju għal pajjiżi oħra biex isegwu.

Fl-avveniment inqrat ukoll komunikazzjoni minn Margaux Dodds, Direttur tal-NGO Marine Connection ibbażata fir-Renju Unit. Margaux Dodds qalet “Kont imħassba ħafna meta ngħatat informazzjoni għall-ewwel darba dwar l-għajbien tat-tliet dniefel mill-Mediterraneo. Membru tal-pubbliku qal mill-park li d-dniefel kienu tmexxew f’faċilità fi Spanja, u kkuntattjana biex ninvestigaw aktar dwar l-esportazzjoni. Wara li kkuntattjajna lill-awtoritajiet kemm fi Spanja kif ukoll f’Malta, ġejna avżati li d-dniefel ma kinux marru f’park ieħor iżda, fil-fatt, mietu fil-Mediterraneo. Inkomplu naħdmu flimkien ma’ awtoritajiet Maltin biex niskopru għaliex il-park ma kinux qed jaslu b’din l-informazzjoni u issa investigazzjoni hija vitali biex nitgħallmu kif mietu dawn l-annimali, u s-sitwazzjoni vera fil-faċilità.”

Ekonomija

Sport