Thursday, December 19, 2024

Tlett irġiel l-Isptar wara argument fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Tlett irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara argument fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.00a.m.,  fi Triq Mile End, il-Ħamrun.

Il-Pulizija marret fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ argument bejn grupp ta’ nies u waqt dan l-argument tliet irġiel mis-Sirja li għandhom 24, 29 u 31 sena, sofrew xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanzi ħadu lill-irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ta’ 31 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-oħrajn ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport