Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Owen Bonniċi fil-ħin tal-aġġornament fil-Parlament iddikjara li minkejja li fl-aħħar jiem kien reġistrat l-akbar ammont ta’ każi ġodda ta’ Covid19, l-attendenza fl-iskejjel baqgħet waħda tajba ħafna. Hu spjega li tlett kwarti tat-tfal qed imorru l-iskola.