Tuesday, December 24, 2024

Tlielaq tattiċi jaraw l-postijiet jinbidlu fit-tielet jum tal-Mapfre Euromed International Championships

Aqra wkoll

Il-kundizzjonijiet tat-temp tal-lum, it-tielet jum tal- Mapfre Euromed International Championships kellhom titjib sinifikanti mir-riħ ħafif tal-bieraħ. Għalkemm eħfef milli kien imbassar, ir-riħ kien ta’ madwar 10 mili nawtiċi fis-siegħa, b’imbatt jvarja minn 0.4m sa 0.6m f’bokka tal-Bajja tal-Mellieħa. Ir-riħ eventwalment beda jonqos fl-aħħar parti ta’ wara nofsinhar, madankollu dan ma xekkilx il-pjan li jiġu organizzati tliet tiġrijiet.

Il-flotta tal-Optimist reġgħu lura għat-tlielaq wara li l-bieraħ ma kienx hemm tlielaq. Il-flotta ġriet b’kollox tliet tiġrijiet.

Matteo Mamo, żamm l-ewwel post tiegħu fil-Klassi tal-Optimist Beginners. B’disa’ jinsab b’distakk komdu fuq Michael Galea li s’issa ġabar erbatax-il punt. Hu segwit minn Mattea Bowman li tiinsab fit-tielet post bi 23 punt.

Il-flotot tas-Seniors u Kadets, illum ikkompetew fir-rawnd finali ta’ kwalifikazzjoni qabel ma jiġu allokati għall-Flotot tad-Deheb u tal-Fidda. Joan Domingo (ESP) zamm l-ewwel fil-klassifika bi 8 punti, wara li waqqgħet lil Sviatoslav Madonich (UKR) li llum spiċċa fit-tielet post. L-ewwel dehra tiegħu fl-ewwel tliet klassifika kien Emmanouil Anastasios Vomvylas (GRE) li jaqsam punti ndaqs mal-baħri Ukren u jinsab punt biss bogħod minn Domingo. L-ogħla post miskubminn Malti f’din il-flotta kien Timmy Vassallo li rebaħ il-ħames tiġrija aktar kmieni llum u li bħalissa jinsab fis-sitt post. 

Il-Klassijiet ILCA, li lbieraħ irnexxielhom jidħlu tiġrija waħda, reġgħu lura fl-azzjoni u li rat battalja ta’ sfida għall-ewwel post fil-Klassi ILCA 4. Benjamin Vassallo kellu jissielet ma’ Mariyan Shangov, li t-tnejn li huma kienu qed jikkompetu għall-ewwel post. Bejn it-tnejn, postijiet fejn inbidlu wara kull tiġrija imma sal-aħħar tal-ġurnata, kien Vassallo li żamm l-ewwel post, punt wieħed biss quddiem Shangov. Jake Mallia, li lbieraħ kien fit-tieni post niżel fit-tielet post wara l-aħħar tellieqa tal-ġurnata. Matthew Cachia Debono, li bħalissa jinsab fil-ħames post ukoll ta rendikont tajjeb ħafna tiegħu nnifsu, fejn rebaħ żewġ tlielaq.

Il-leader tal-ILCA Klassi 6 tal-bieraħ Matthew Flores niżel fit-tieni post wara nofsinhar. Flores ċeda postu lil Dmytro Karabadzhak. Prestazzjoni qawwija minn Irene De Tomás Perelló ratha titla’ għat-tielet post, wara li rebħet l-ewwel żewġ tiġrijiet tal-ġurnata.

Il-kundizzjonijiet illum raw lill-flotta tal-ILCA b’mod partikolari timbotta bil-qawwi lil hinn mir-regoli xi drabi, u rriżultat fil-ġurija, immexxija minn Giorgio Davanzo, tgħolli numru ta’ bnadar sofor. Dan kien ifisser li kien qed jittieħed approċċ aktar kawt minn baħrin ħerqana li jevitaw skwalifika.

Il-Mapfre Euromed International Championships jigu fi tmiemhom għada t-tlieta, 20 ta’ Diċembru.

Il-Kampjonati Internazzjonali Mapfre Euromed qed jiġu ospitati mill-Malta Young Sailors Club taħt l-awspiċji  tal-Malta Sailing Federation. Il-Kampjonati huma appoġġjati minn Mapfre Middlesea, Yachting Malta, Zhik, Greens Supermarket, S&D Yachting, Kellog’s u Farsons.

Għal aktar informazzjoni żur – https://www.maltayoungsailors.com/homepage-2/euromed/

Ekonomija

Sport