Saturday, September 14, 2024

Tliet anzjani jmutu kaġun tal-Covid-19

Aqra wkoll

Tliet anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. 

Fit-tielet każ, anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani appella biex anke f’dawn il-festi kulħadd jibqa’ viġilanti u jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni. 

Ekonomija

Sport