Friday, December 27, 2024

Tliet barrieri jilqgħu skart tal-bini għar-riċiklaġġ

Aqra wkoll

Fil-pajjiż hawn 35 barriera li tista’ tilqa’ fiha skart tal-kostruzzjoni bi tlieta għal skop ta’ riċiklaġġ u l-kumplament biex jilqgħuh ħalli tiġi restawrata l-barriera jew parti minnha.

Mill-barrieri li għandhom permess jilqgħu skart għar-restawr tagħhom stess sebgħa jinsabu fis-Siġġiewi, sitta fl-Imqabba, tlieta f’Ħal Kirkop u ż-Żurrieq, tnejn fin-Naxxar, Ħad Dingli u Ħ’Attard u waħda kull wieħed fil-Mosta, il-Mellieħa, il-Qrendi, l-Iklin, San Lawrenz u l-Qala.

Fir-rigward tat-tliet barrieri li għandhom permess jilqgħu skart tal-bini bi skop ta’ riċiklaġġ tnejn minnhom jinsabu fis-Siġġiewi waqt li l-oħra qiegħda l-Imqabba.

Kien il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia li ta din l-informazzjoni fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar.

Ekonomija

Sport