Saturday, September 7, 2024

Tliet clubs kbar wara s-servizzi ta’ Roberto De Zerbi

Aqra wkoll

Ħafna klabbs li fl-istaġun li ġej se jbiddlu l-kowċ tagħhom fosthom Barcelona, Liverpool u Bayern Munich qed jikkuntattjaw lill-kowċ ta’ Brighton and Hove Albion Roberto de Zerbi fit-tentattiv li jmexxihom fl-istaġun li ġej.

De Zerbi qed jidher bħala kowċ preparat, organizzat u b’kariżma mill-aqwa u li wassal tim żgħir bħal Brighton sabiex iżid aktar il-profil tiegħu fil-futbol Ingliż.

Minkejja kollox, il-kowċ Taljan ftit ta x’jifhem li jixtieq ibiddel il-klabb minħabba li jinsab għal qalbu magħhom.

Sadanittant, dawn it-tliet klabbs se jkunu qed joffrulu pakkett finanzjarju tajjeb sabiex iħajruh jingħaqad ma’ xi wieħed minnhom.

Tliet klabbs kbar wara De Zerbi

Ekonomija

Sport