Friday, November 22, 2024

Tliet clubs wara l-firma ta’ Perr Schuurs

Aqra wkoll

Napoli, Liverpool u anke Crystal Palace jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali Olandiż Perr Schuurs. Bħalissa dan il-plejer qed jilgħab ma’ Torino iżda jidher li dawn se jkunu l-aħħar ġranet fil-belt tan-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Crystal Palace jidhru l-aktar favoriti li jieħdu dan il-plejer għax qed iwiegħduh li jkun wieħed mit-titolari għalkemm qed jaraw is-somma ta’ €40 miljun xi ftit għolja. The Eagles stmaw madwar €32 miljun għalih iżda Urbano Cairo l-president ta’ Torino mhux se jaċċetta din l-offerta għax irid ċifra eżatta.

Sport