Minn tweġiba Parlamentari li saret mill-Ministru ħareġ li tliet gazzetti bl-Ingliż tħallsu kważi €50,000 f’dawk li sssejħu bħala ‘servizzi t’a reklamar.”
Mit-tweġiba jirriżulta li Standard Publications tħallsu €11,000, Meida Today tħallsu €24,000 u Allied Newspapers tħallsu €12,000.
Dan irriżulta minn mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus. Hu staqsa lill-Ministru għall-Finanzi biex jipprovdi lista ta’ direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda”.