Monday, December 23, 2024

Tliet Ġermaniżi arrestati fil-Paragway b’rabta mas-serqa ta’ vjolin Stradivarius u l-qtil ta’ żewġ persuni

Aqra wkoll

Tliet Ġermaniżi ġew arrestati ġewwa l-Paragway b’rabta ma’ qtil ta’ arkeologu u bintu żagħżugħa. Il-Pulizija jemmnu li dan id-delitt huwa relatat mas-serqa ta’ vjolin rari Stradivarius.

Bernard von Bredow ta’ 62 sena u bintu Loreena ta’ 14 kienu nstabu mejta kawża ta’ feriti minn arma tan-nar fit-22 ta’ Ottubru li għadda ġewwa d-dar tagħhom f’Aregua. Il-Pulizija kienu qalu li d-dar tagħhom kienet imqallba koll­ha.

Il-Ġermaniżi Voker Grannass ta’ 58, Yves Asriel Spartacus Steinmetz ta’ 60 sena u Stephen Jorg Messing Darchinger ta’ 51 sena ġew arrestati fuq suspetti li allegatament kienu wara din is-serqa u qtil.

Skont rapporti li ħarġu l-pulizija, Von Bredow instab mejjet fuq mejda b’tir t’arma tan-nar f’rasu u l-pulizija qalu li kien hemm evidenza li ġie ttorturat. Bintu nstabet mejta fil-banju b’ferita fl-istonku. Il-pulizija tennew li l-qtil kellu konnessjoni mas-serqa ta’ vjolin Stradivarius u jidher li l-aggressuri kienu qegħdin ifittxu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità biex b’hekk ikunu jistgħu jbigħu l-isturment. 

Kien ir-Re James II u r-Re Charles III ta’ Spanja li kkummissjonaw 1,000 vjolin ta’ dan it-tip fis-sena 1737 u hu mifhum li minnhom baqa’ biss 650. Fl-2011, vjolin minn dawn kien inbiegħ għas-somma rekord ta’ $13.1 miljun.

Ekonomija

Sport