It-tliet Indjani wieħed ta’ 43 sena, ieħor ta’ 46 sena u ieħor ta’ 47 sena ingħataw sentenza ta’ ħabs sospiża wara li nstabu ħatja li weġġgħu kollega fuq il-post tax-xogħol. Jidher li l-argument inqala hekk kif il-vittma lmenta fuq storbju li kienu qegħdin jagħmlu fl-aġġartament fejn jgħix.
Dan il-każ kien seħħ f’Awwissu tal-2022.
Huma kienu mixlija fost l-oħrajn li attakkaw u weġġgħu gravi lill-vittma li jaħdem magħhom fil-qasam tal-kostruzzjoni. Wieħed mill-imputati ġie mixli wkoll li weġġa’ ħafif lill-vittma b’arma bil-ponta.
It-tliet Indjani wieħed ta’ 43 sena, ieħor ta’ 46 sena u ieħor ta’ 47 sena kienu mixlija li attakkaw u weġġgħu gravi lill-vittma. Il-vittma jaħdem mat-tlieta li huma fil-qasam tal-kostruzzjoni. Wieħed minnhom ġie mixli wkoll li weġġa’ ħafif lill-vittma b’arma bil-ponta. Il-każ seħħ nhar l-14 t’Awwissu, 2022.
Skont dak li ġie ppreżentat fil-Qorti jidher li l-imputati ġew mistiedna f’appartament fejn jgħix il-vittma. Jirriżulta li huma bdew jagħmlu ħafna storbju u l-vittma talabhom biex jieqfu, iżda huma ma tawx kasu.
Kien hawn li l-vittma mar jagħmel rapport fl-Għassa tal-Imsida, iżda hekk kif l-imputati ndunaw marru għalih bil-vittma jispiċċa b’imnieħru miksur.
Fix-xhieda tiegħu l-vittma qal li hekk kif marru jiġru warajh u spiċċa b’imnieħru miksur, hu rnexxielu jaħrab u ma jistaħba wara l-Knisja tal-Imsida. Hekk kif ħaseb li l-argument kien ikkalma, mar lura fl-appartament, iżda l-imputati marru fuqu u reġgħu attakkawh. Xehed li wieħed mill-imputati kellu ħadida u flixkun tad-detergent, waqt li l-ieħor kellu sikkina.
Skont ix-xhieda tal-imputati, filwaqt li ċaħdu l-akkużi kollha qalu li l-imputat kien taħt l-influwenza tal-alkoħol u kien aggressiv magħhom. Qalu li kiser imnieħru meta waqa’ t-taraġ.
Il-Maġistrat Gabriella Vellaqieset il-verżjoni tal-vittma aktar kredibbli anke minħabba li x-xhieda tiegħu kienet konsistenti. Għaldaqstant, wara li qieset li l-vittma kien qed jgħid il-verità, il-Qorti sabet lill-akkużati ħatja li weġġgħuh gravi. Hija tathom sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.