Saturday, October 26, 2024

Tliet kandidati msemmijin biex jieħdu post l-Isqof Mario Grech

Aqra wkoll

Hekk kif fis-sigħat li ġejjin mistenni li jitħabbar Isqof ġdid għal Għawdex, it-tliet kandidati l-aktar mistennijin li jieħdu postu huma Daniel Scerri l-Arċipriet tax-Xewkija, l-Isqof George Bugeja l-Vikarju Appostoliku ta’ Tripli, u Dun Anton Theuma, Direttur tal-Moviment ta’ Kana f’Għawdex, b’dan tal-aħħar l-aktar imsemmi fosthom.

Intant id-Deputat Nazzjonalista Chris Said f’kumment fuq il-midja soċjali qal li kollox huwa lest biex f’nofsinhar tal-lum jitħabbar l-Isqof il-ġdid fis-Santwarju Ta’ Pinu.

Said irringrazzja lill-Isqof Mario Grech għall-ħidma tiegħu tul is-snin u awguralu kull suċċess fil-missjoni l-ġdida tiegħu fil-Vatikan.

F’Ottubru li għadda, il-Vatikan ħabbar li l-Isqof Grech kien inħatar bħala Pro-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Grech, ilu jservi bħala Isqof għal Għawdex mill-2005.

Sport