Saturday, November 23, 2024

Tliet każijiet ġodda … anzjan jħalli l-isptar wara madwar 6 ġimgħat

Aqra wkoll

Il-Professur Charmaine Gauci bdiet il-konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi billi ħabbret li raġel ta’ 72 sena li kien jinsab fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei rnexxielu jegħleb din il-battalja tant li hu tajjeb biex jista’ jirritorna f’daru.

Minn 1,241 swab tests li saru fl-aħħar sigħat kien hemm tliet persuni li rriżultaw pożittivi biex b’hekk il-każijiet attivi issa huma 67.

Il-Każijiet ġodda:

-Raġel Malti ta’ 58 sena li huwa kuntatt mal-każijiet tal-bieraħ fejn omm u bint rriżultaw pożittivi. F’dan il-każ ma kienx hemm sintomi u għalhekk Gauci sostniet li hawnhekk tidher biċ-ċar l-importanza tal-contact tracing.

-Minn testijiet li saru f’ward partikolari f’Mater Dei, kien hemm Health Care Worker ta’ 54 sena li kien fi kwarantina. Huwa sarlu t-test wara li beda juri s-sintomi fil-11 ta’ Mejju.

-Mara Health Care Worker ta’ 44 sena li sarila t-test u li kienet bdiet bis-sintomi jumejn qabel il-kollega tagħha.

Sport