Skont l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa ntqal li fl-aħħar sigħat kien hemm tliet persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.
Fl-aħħar sigħat saru 851 swab test u hekk kif il-każijiet attivi tela’ bi tlieta, it-total ta’ każijiet attivi f’pajjiżna issa huwa dak ta’ 29 każ.