Fl-aħħar aġġornament maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, ġew konfermati tliet każijiet ġodda.
Dawn il-każi kienu konfermati minn fost 1,310 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa. Fuq nota aktar pożittiva, fl-aħħar sigħat kien hemm tliet persuni li fiequ mill-virus biex b’hekk il-każijiet attivi telgħu b’wieħed biss għal 37 każ.