Sunday, October 27, 2024

Tliet korsiji tal-karreġġjata f’Aldo Moro se jingħalqu temporanjament

Aqra wkoll

Minn għada filgħaxija, is-17 ta’ Ġunju, fid-9.00 p.m, it-Triq ta’ Aldo Moro se tkun magħluqa u terġa’ tinfetaħ is-Sibt li ġej, it-18 ta’ Ġunju, wara s-6.00 a.m.

Dan se jkun qed isir minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni u ta’ kisi f’partijiet mill-karreġġjata li tagħti għan-Nofsinhar (għal Raħal Ġdid, Santa Luċija, Ħal Luqa u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta); mill-korsiji ta’ din il-karreġġjata, waħda biss se tibqa’ miftuħa matul il-ġurnata kollha.

Għaldaqstant, dawk l-individwi li għandhom bżonn jagħmlu użu minn din il-karreġġjata huma mħeġġa biex kemm jista’ jkun jaħsbulu kmieni u fejn hu possibbli jsibu toroq alternattivi.

Sport