Tuesday, December 16, 2025

Tliet nisa jinżammu arrestati wara li ġew mixlija bi tmexxija ta’ burdell

Aqra wkoll

Tliet nisa, żewġ Kolombjani u waħda mill-Panama wieġbu mhux ħatja hekk kif tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati bi traffikar ta’ persuni kif ukoll b’involviment fit-tmexxija ta’ burdell u li għexu mill-qligħ tiegħu.

Huma ġew mixlija wkoll b’ħasil ta’ flus. It-tliet nisa qalu fil-Qorti li huma jaħdmu bħala fattigi.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-investigazzjonijiet bdew hekk kif il-Pulizija bdiet tisservelja residenza f’San Ġiljan fejn kien hemm suspett li kien qiegħed isir burdell. Fil-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, l-awtoritajiet daħlu fil-post u sabu għadd ta’ persuni flimkien mal-klijenti.

Fil-Qorti ntqal li mill-inqas seba’ persuni kienu qed jaħdmu bħala prosituti filwaqt li tlieta l-oħrajn kienu qegħdin imexxu dan l-istess burdell.

Minn aktar stħarriġ, ġiet identifikata persuna oħra allegatamet marbuta mat-tmexxija tal-burdell, li aktar tard ġiet arrestata fir-residenza tagħha.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti qalu li f’dan l-istadju l-imputati għandhom jibqgħu jinżammu arrestati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport