Friday, December 13, 2024

Tliet passiġġieri nqabdu jġorru €31,410 fi flus mhux dikjarati fl-ajruport

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-klieb tad-Dwana Gypsy u Charlie rnexxielhom jwaqqfu tliet passiġġieri li kienu qegħdin iġorru flus mhux dikjarati fl-ajruport. Gypsy irreaġixxa għal żewġ passiġġieri Sirjani li kienu fi triqthom lejn Erbil fl-Iraq. L-ewwel wieħed, meta mistoqsi mill-uffiċjali tad-dwana kemm kien qiegħed iġorr flus fuqu qal li kellu madwar €7,000, iżda minn tfittxijiet li sarulu rriżulta li kien qiegħed iġorr €8,000 f’basket żgħir u €2,095 oħra fil-bagalja li kienet diġà għaddiet miċ-check-in. L-ieħor irriżulta li kien qiegħed iġorr €10,130 fi flus mhux dikjarati.

Charlie wkoll rnexxielu jwaqqaf passiġġier ieħor mis-Somalja. Dan tal-aħħar kien qiegħed iġorr €11,185 fi flus mhux dikjarati wara li kien se jħalli pajjiżna lejn Dakar fl-Istanbul. Meta mistoqsi mill-uffiċjali tad-dwana, huma wieġeb li kellu madwar €7,000.

It-tliet passiġġieri ġew offruti ftehim barra mill-Qorti u wara li qablu dwaru kienu mmultati rispettivament.

Ekonomija

Sport