Investigazzjonijiet intensivi mill-Arsons Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u dawk tad-Distrett ta’ Tas-Sliema wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel u mara b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ dgħajsa.
Fid-29 ta’ Lulju 2022, għall-ħabta tas-1:00 a.m il-Pulizija flimkien ma’ membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu x-Xatt ta’ Tas-Sliema peress li persuni fiż-żona kienu raw xi persuni jwaddbu oġġett jaqbad fuq dgħajsa li kienet sorġuta mal-moll.
In-nirien intfew minnufih minn persuni li nzertaw fiż-żona, filwaqt li l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili żguraw li ma kienx hemm aktar periklu.
Minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija li wasslu għall-arrest tal-persuni msemmija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.