Friday, November 28, 2025

Tliet persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel u żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tattraffiku.

L-ewwel inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-2.00pm tal-bieraħ, fi Triq San Luqa, Tal-Pietà. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti tal-Pietà u karozza Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti Pembroke.

It-tieni inċident ġara illum, għal xi s-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs), fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Mini Cooper D misjuqa minn Franċiża ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema u Audi Q2 misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Ħal Tarxien. Fil-Mini kien hemm ukoll Franċiża ta’ 49 sena u tgħix f’Tas-Sliema.

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u r-raġel u ż-żewġ nisa ta’ 38 u 49 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, ir-raġel u l-mara ta’ 49 sena ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi, filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport