Dan is-sit jinsab infurmat li tliet persuni ddaħħlu għall-kura l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara argument bejniethom fix-Xagħra.
L-arguemnt seħħ fi Triq il-Bullara għall-ħabta tas-1:45 p.m. B’rabta mal-istess każ, il-Pulizija arrestat xi persuni. Jidher li waqt l-argument saret ħsara lil numru ta’ vetturi li kienu pparjkati fit-triq.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.