Sunday, November 24, 2024

Tliet persuni l-Isptar wara ħabta fil-limiti ta’ Ta’ Qali

Aqra wkoll

Tliet persuni ddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:10 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-limiti ta’ Ta’ Qali.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kien seħħ inċident bejn Fiat li kienet qed tiġi misjuqa minn żagħżugħa ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien u Ford misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti San Ġwann.

Fil-karozza mal-mara, kien hemm ukoll żagħżugħa oħra ta’ 23 sena residenti Raħal Ġdid. It-tliet persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar tard huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn dawk li kienu ġol-Fiat ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ġuvni sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport