Saturday, December 21, 2024

Tliet persuni mejta fi sparatura f’Tennessee

Aqra wkoll

Sparatura f’Tennessee ħalliet tliet persuni mejta u 14 oħra midruba. Il-każ seħħ fis-sigħat li għaddew quddiem diskoteka fejn tnejn mill-vittmi nqatlu wara li ntlaqtu minn arma tan-nar. It-tielet persuna mietet ftit wara li ttajret minn karozza li ppruvat taħrab minn fuq il-post.

Il-pulizija kkonfermaw li tliet persuni oħra ntlaqtu minn vetturi li ppruvaw jaħarbu minn fuq il-post. 

L-ismijiet tal-vittma u s-suspettati għadhom mhux magħrufa.

S’issa għad m’hemm l-ebda indikazzjoni jekk kienx hemm motiv u l-pulizija qed jappellaw biex min għandu xi informazzjoni jgħaddihielhom. 

Ekonomija

Sport