Monday, November 18, 2024

Tliet persuni mistennija jitressqu l-Qorti fuq traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-10.45hrs a.m., il-Pulizija ser tressaq tliet persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech.

Huma ser jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ droga. Dan wara li lbieraħ għaxar persuni ġew arrestati waqt operazzjoni mmexxija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-Belt Valletta u l-Marsa. 

Għal dawn l-aħħar jiem il-Pulizija osservat il-movimenti ta’ Maltija ta’ 30 sena u raġel barrani ta’ 31 sena, li allegatament kienu qegħdin jużaw mill-inqas żewġ postijiet fi Triq l-Isptar il-Qadim, il-Belt Valletta, sabiex fihom isir traffikar ta’ droga. 

Il-Pulizija komplew bl-osservazzjoni fuqhom u ġew arrestati fi Triq l-Arċisqof, fil-Belt Valletta. Biż-żewġ suspettati ewlenin arrestati, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mill-Pulizija tal-Ispecial Intervention Unit, tar-Rapid Intervention Unit, flimkien ma’ tad-Distrett u tal-Komunità tal-Belt u l-Floriana, wettqet rejd fiż-żewġ residenzi. 

Ekonomija

Sport