Aħbar li ħierġa f’dawn is-sigħat mill-Brażil qed tgħid li Neymar, Vinicius Junior u Richarlison intlemħu fi stabbiliment tad-divertiment partikolari ġurnata qabel il-partita tant importanti kontra l-Venezwela mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2024.
Kien ġurnalist partikolari mill-Brażil li semma’ kif ra lit-trio jixorbu u jiddevertu ma’ diversi influences ta’ Instagram u dan nissel rabja fost is-segwaċi tal-futbol fil-pajjiż. Dan kollu kompla jeskala wara li Brażil setgħu jiġu biss fi draw ta’ 1-1 kontra l-Venezwela bl-ebda plejer imsemmija li ma rnexxielu jsib ix-xibka.