Wednesday, December 31, 2025

Tliet plejers jaċċertaw posthom mat-tim nazzjonali tal-Blackball

Aqra wkoll

Gary Carr, Steven Muscat and Chris Tabone aċċertaw posthom mat-tim nazzjonali tal-Blackball wara li rebħu l-finali tal-kategorija rispettiva tagħhom. Dan kien it-tielet turnew ta’ kwalifikazzjoni organizzat mill-Malta Blackball Federation sabiex jintgħażlu l-plejers għat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 u li sar fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Fil-finali tal-irġiel, Gary Carr għeleb lil Wayne Pace 10-8 f’logħba ferm bilanċjata. Carr kien tajjeb li ħa l-okkażjonijiet li ġewh sabiex rebaħ din il-finali.

Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Steven Muscat rebaħ 10-8 kontra Matthias Debono. Anke hawn iż-żewġ plejers offrew finali mill-isbaħ għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kien Steven Muscat li aċċerta postu mat-tim nazzjonali Malti.

Finalment , Chris Tabone kien dominanti fil-finali tas-Seniors hekk kif għeleb lil Shawn Galea 10-4.

It-tazza tan-nazzjonijiet 2026 se ssir f’Ġibilta’ bejn id-9 u d-19 ta’ April 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport