Tliet plejers aċċertaw ruħhom minn post fit-tim nazzjonali Malti tal-Blacball li se jieħu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 f’Ġibilta’ hekk kif rebħu t-tieni turnew ta’ kwalifikazzjoni fil-kategorija tagħhom. Dan kollu sar fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara bil-logħbiet li kienu ferm emozzjonanti u milgħuba fi spirtu sportiv.
Fil-finali tal-irġiel, Clayton Castaldi għeleb lil Wayne Pace 10-8 filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Nick Muscat xejn ma sabha faċli kontra Matthias Debono għalkemm rebaħlu 9-7. Finalment, fil-finali tas-Seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, Joseph Tabone kien aħjar minn Chris Tabone tant li rebaħlu 10-4.


