Il-Malta Blackball Federation organizzat il-ħames turnew ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tan-nazzjonijiet 2026 li se ssir f’Ġibilta’. Hawnhekk kien hawn tliet rebbieħa oħra li rnexxielhom jiksbu post fit-tim nazzjonali Malti tal-Blackball.
Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Matthias Debono għeleb lil Clydon Attard 10-6 filwaqt li f’dik tal-irġiel, Lydon Debono xejn ma sabha faċli sabiex jegħleb lil Kevin Schembri 10-9.
Finalment fil-finali tas-seniors, Jeffrey Farrugia għeleb lil Jesmond Schembri 10-9.

