Żewġ plejers Taljani, Marco Verratti ta’ Paris St-Germain u Federico Bernardeschi ta’ Juventus, iżżewġu ftit jiem wara li għenu lit-tim nazzjonali jirbu l-EURO 2020.
Fost dawk li attendew għat-tieġ ta’ Verratti kien hemm Zlatan Ibrahimovic, il-goalkeeper Salvatore Sirigu, Pocho Lavezzi u Javier Pastore. L-Isvediż f’messaġġ fuq Instgram kiteb: ‘Il-Veru PSG’.
Il-midfielder internazzjonali tal-Italja kellu t-tieni żwieġ tiegħu nhar il-Ħamis wara nofsinhar, mal-mudella Jessica Aidi.
Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm iż-żewġt itfal li kellu mal-ex mara tiegħu, Laura Zazzara. Verratti stieden bosta mill-ex sħabu tat-team ta’ Paris Saint-Germain għat-tieġ.
Ibrahimovic poġġa ritratt tagħhom flimkien fuq l-Istejjer ta’ Instagram tiegħu, u sejħilhom ‘il-Veru PSG.’
Verratti kien it-tieni player tal-Italja li żżewweġ fi ftit jiem mir-rebħ tal-Euro 2020, hekk kif Bernardeschi żżewweġ lis-sieħba tiegħu nhar it-Tlieta, inqas minn 48 siegħa wara r-rebħa tagħhom fil-finali f’Wembley Stadium kontra l-Ingilterra.
Intant illum mistenni ż-żwieġ tal-Interist Stefano Sensi li wkoll kien parti mill-iskwadra ta’ Mancini, iżda sfortunatament kellu jċedi postu lil Matteo Pessina minħabba injury. Sensi mistenni jgħix wieħed mill-isbaħ jiem tar-relazzjoni tiegħu mal-influencer Giulia Amodio f’Ostuni f’Puglia.