Tliet plejers tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal se jkun qed jilgħabu barra mill-pajjiż matul l-istaġun li ġej. Dawn huma Giancarlo Sammut, Collin Sammut u Nathan Cope.
Giancarlo Sammut u Collin Sammut se jkunu qed jilgħabu fil-Futsal Bundesliga ma’ Hot 05 Futsal. Matul l-istaġun li għadda Giancarlo, li għandu 30 sena, lagħab ma’ Ta’ Xbiex SC Futsal filwaqt li Collin Sammut, li għandu 19 il-sena, lagħab ma’ Hamrun SC Futsal.
Min naħa l-oħra, il-plejer ta’ 21 sena Nathan Cope se jilgħab mat-tim Taljan ta’ ASD C.C.C.P 1987 fis-Serie C1, f’Ruma. Matul l-istaġun li għadda huwa lagħab ma’ Luxol St. Andrew’s Futsal.
L-esperjenza li se jkunu qed jakkwistaw dawn it-tliet plejers matul l-istaġun li ġej se tkun vitali għat-tim nazzjonali Malti tal-futsal fil-logħbiet kompetittivi li jmiss.
Din hija l-ewwel darba fl-storja tal-futsal Malti li tliet plejers se jkunu qed jilgħabu barra mill-pajjiż; xi ħaġa li tikkonferma li żvilupp u l-progress li qed isir f’din id-dixxiplina.