Friday, November 15, 2024

Tliet prim ministri vvjaġġaw lejn Kyiv bħala rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Pollakk, Sloven u dak taċ-Ċeka Repubblika, iktar kmieni llum kienu qed jivvjaġġaw bil-ferrovija lejn Kyiv sabiex jiltaqgħu mal-President u l-Prim Ministru tal-Ukrajna.

Skont il-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Pollakk Michal Dworczyk, dawn it-tliet mexxejja vvjaġġaw bħala rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u kellhom jagħtu d-dettalji dwar is-sapport li se tkun qed tingħata l-Ukrajna min-naħa tal-Ewropa.

Dworczyk tenna li n-NATO mhix se tinvolvi ruħha militarment fil-gwerra Russo-Ukrajna, però se tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex tgħin lill-Ukrajna tegħleb l-attakki Russi.

Ekonomija

Sport