Saturday, September 7, 2024

Tliet punti important għal Valletta

Aqra wkoll

Gudja Utd …….0

Valletta ……….3

Valletta għelbu lil Gudja United 3-0 biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni. 

Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss tliet minuti meta Ricardo Mango, xellef il-ballun fil-lasti tiegħu stess, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Fis-seba’ minuta Gudja wieġbu permezz ta’ xutt ta’ Shaisen Attard li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Alessandro Guarnone.

Valletta kienu sfortunati li ma rduppjawx l-iskor fl-10 minuta meta Federico Falcone kellu xutt li stampa mal-mimduda, bl-istess attakkant żewġ minuti biss wara jkollu xutt insidjuż li għadda ftit barra.

Fit-43 minuta, il-Beltin rduppjaw meta wara li rċieva minn cross mil-lemin ta’ Shaun Dimech, FEDERICO FALCONE, permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa, biex skorja s-seba’ goal tiegħu tal-istaġun.

Fit-83 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa meta s-sostitut DIEGO CARDOSO b’xutt mill-isbaħ tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Gudja U.: 90-Justin Spiteri, 88-Mirco Esposito, 39-Zak Grech, 5-Armando Brenner, 22-Ricardo Mango, 11-Matias Muchardi, 7-Shaisen Attard (28-Rodrigue Nanitelamio 60), 30-Stephen Owusu, 77-Aidan Friggieri, 17-Gabriel Mensah (8-Ernesto Gentile 78), 99-Gianluca Zammit (9-Ibrahim Salis) Coach: Renzo Kerr Cumbo

Valletta: 42-Alessandro Guarnone, 6-Enzo Ruiz, 30-Victor Luiz, 3-Juan Bolanos, 66-Neil Micallef, 8-Fernando Barrientos, 80-Alfred Silas (9-Santiago Ferraris 83), 22-Brandon Paiber, 10-Shaun Dimech (13-Jake Azzopardi 72), 77-Jhonnattan Benites (93-Diego Cardoso 79), 20-Federico Falcone Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: R. Mango 3 og, F. Falcone 43, D. Cardoso 83 (V)

Ammoniti: E, Ruiz (V), R. Mendes (G)

Ekonomija

Sport