It-48 laqgħa tal-istaġun li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira. Fl-assenza ta’ tiġrijiet tal-aqwa klassi, l-attenzjoni kienet fuq tliet tiġrijiet għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza ta’ 2140m. Rodney Gatt temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.
Fl-ewwel tiġrija Gold, Ami De Clerlande (Noel Baldacchino) ħa t-tieni rebħa staġjonali wara sprint tajjeb fl-aħħar metri. Dwell eċċitanti matul l-aħħar 200m tat-tieni tiġrija mill-istess kategorija wassal lil Glenn Boko (Rodney Gatt) biex jieħu l-ewwel rebħa tas-sena bi ftit minn Connecticut (Jean Claude Pace). Id-debuttant Taljan Armstrong Louis (Jesmar Gafa’) ħa l-ewwel rebħa f’Malta fit-tielet tiġrija Gold wara li kien il-ħin kollu quddiem.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamine d’Hawai (R. Gatt) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Floyd Du Guibel (P. Galea) 3. Import (S. Cortis) – Gima Tege (C. Vassallo)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Divonne (V. Fenech) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Haita Du Vieuxcour (C. Camilleri) 3. Cirella De Kacy (R. Gatt) 4. Vasco Dairpet (A. Abela)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hendy d’Auberville (R. Gatt) Ħin – 2.44.5” (1.16.8”) 2. Midnight Passion (N. Baldacchino) 3. Digital Life (C. Camilleri) 4. Gipsy De Granou (J. Vella)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Lajos Euro (P. Galea) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Hurricane (N. Baldacchino) 3. Queenswood (C. Calleja) 4. Just Be Proud (J. Gafa’)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. Brin De Noblesse (T. Tanti) 3. Be Bop Marceaux (J. Briffa) 4. French Laundry (M. Mifsud)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Glenn Boko (R. Gatt) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Connecticut (J.C. Pace) 3. Zio Tom Jet (C. Camilleri) 4. That’s Art (C. Vassallo)
VII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Jadore Sugar (C. Vassallo) Ħin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Capuchine Phil (C. Refalo) 3. Crack De Bas (D. Cortis) 4. Conflit (T. Demanuele)
VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Armstrong Louis (J. Gafa’) Ħin – 2.38.9” (1.14.3”) 2. Cikia Deiha (C. Caruana) 3. Defi Nay (R. Gatt) 4. Giggs Boko (Ch. Gauci)