Sunday, November 24, 2024

Tliet referees Taljani sospiżi xahar

Aqra wkoll

Ir-referees Taljani Francesco Forneau u Marco di Bello ġew sospiżi għal xahar mill-Federazzjoni tar-Referees Taljani. It-tnejn li huma kienu misjuba li kienu negliġenti waqt il-logħba bejn Juventus u Bologna fejn tal-ewwel kien ir-referee u l-ieħor fil-VAR sabiex innegaw penalty ċar għal Bologna wara li Iling Junior waqqa’ lil Ndoye.

L-istess xorti ġralu Maurizio Mariani li waqt il-logħba bejn Milan u Torino ta penalty lir-Rossoneri li skont l-istess federazzjoni ma kellux jingħata.

Bosta kienu l-kummenti fuq il-midja soċjali dwar dawn ir-referees u kif minħabba dawn l-iżbalji, ix-xorti tat-tim favorit tagħhom ma tistax iddur.

Sport