Saturday, December 21, 2024

Tliet residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jirċievu l-Griżma tal-Isqof

Aqra wkoll

Tliet residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin illum irċevew is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.

Waqt li ċċelebra l-Quddiesa fil-Kappella tal-Ħabs, l-Arċisqof Charles Scicluna fisser dak li jrid jgħidilna Ġesù li m’hemm l-ebda mument tad-dlam fil-ħajja tagħna li ma jistax isir tieqa fuq is-sbuħija ta’ Alla u fuq il-ħniena tiegħu.

F’din il-mixja li bdejna tar-Randan, il-Knisja llum titlob talba speċjali li tlabnieha fil-bidu tal-quddiesa. Titlob biex jissaffew is-sensi tagħna. It-talba li għedna fil-bidu tal-quddiesa titkellem fuq żewġ sensi għeżież: dak tas-smigħ u dak tal-ħars. Tgħid hekk: “Agħmel li nsaffu l-għajnejn ta’ ruħna. Int tridna nisimgħu lil Ibnek il-għażiż, itmagħna bl-ikel tal-kelma tiegħu”. Meta nissaffew fil-ħarsa tagħna, “jissaffew l-għajnejn ta’ ruħna, nithennew bid-dehra tal-glorja tiegħu” (Kolletta).”

“Dan xi jfisser fil-ħajja tiegħi u tiegħek? Ħafna drabi naraw sal-ponta ta’ mneħirna, mhux hekk ngħidu? Inti taħseb li ħajtek mhi se tispiċċa qatt, imma ħajtek fuq din id-dinja, sabiħa kemm hi sabiħa, anke jekk għaddej minn mument diffiċli, tixtieq tkompli tgawdiha – speċjalment hemm barra mhux hawn (barra mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin). Inti taħseb f’persuna kemm hi gustuża, kemm hu gustuż. Imma dik il-ġilda! Il-ħarsa ta’ ruħek x’tgħidlek fuq il-persuna? Is-sbuħija tal-wiċċ jew it-tjubija tal-qalb?”

Ekonomija

Sport