Saturday, November 23, 2024

Tliet siti ġodda fil-lista ta’ zoni ambjentali protetti

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li ġew inklużi tliet postijiet ġodda mas-siti li jaqgħu taħt in-Natura 2000 jiġifieri li huma protetti.

Dawn huma s-sit magħruf bħala “tal-Wej” bejn il-Mosta u n-Naxxar, ta’ Ħas-Saptan fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq u Wied il-Mielaħ fil-limiti tal-Għarb, Għawdex.

Farrugia ħabbar ukoll li z-zona magħrufa bħala l-Għadira s-Safra fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċaqgħaq, li parti minnha diġa hija protetta, tiġi estiża biex issir rijabilitazzjoni fiha.

Il-ministru responsabbli mill-ambjent żvela wkoll kif inħarġet anke ordni ta’ konservazzjoni fir-rigward taz-zona magħrufa bħala Tal-Lanzun li tinsab fil-Mensija, limiti ta’ San Ġwann.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), il-Perit Michelle Piccinino, irrimarkat li dawn is-siti qed jiżdiedu mal-34 li diġa kienu taħt protezzjoni.

Hija saħqet li l-Covid19 uriena kemm huwa important li l-bniedem jgħix f’sintonija man-natura u kemm huwa importanti li l-ambjent li għandna nħarsuh.

Sport