Thursday, December 26, 2024

Tliet snin ħabs fuq akkużi ta’ traffikar uman u bejgħ tal-passaporti

Aqra wkoll

Eritrean ta’ 40 sena residenti l-Qawra ntbagħat il-ħabs fuq akkużi ta’ traffikar uman u bejgħ tal-passaporti.

Mohamad Hamed Mohamad tressaq quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo fejn ammetta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

L-Ispettur Karl Roberts, li mexxa l-Prosekuzzjoni f’dan il-każ, spjega fil-Qorti kif nhar is-Sibt li għadda, ġiet identifikata persuna li kienet qiegħda tivvjaġġa b’dokumenti li ma kinux tiegħu. Din il-persuna tressqet il-Qorti l-Ħadd li għadda u sostna li kien xtara dan id-dokument mingħand l-imputat.

L-Ispettur Roberts kien għarraf lill-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra biex joqogħdu attenti għal persuni li jirrappurtaw xi dokumenti misruqa jew mitlufa. Inċidentalment, l-imputat kien diġà hemm fejn irrapporta li kellu l-passaport misruq. 

Mohamad ġie arrestat ftit tal-ħin wara. Huwa spjega lill-pulizija li l-persuna l-oħra kellha tuża d-dokumenti tiegħu biex jivvjaġġa mbagħad jibgħathomlu lura bil-posta.

L-Eritrean kien mixli li assista persuni biex jidħlu f’pajjiżna b’mod illegali, li għamel dikjarazzjoni falza lill-pulizija u li għamel rapport falz. 

Fid-dawl tal-ammissjoni tiegħu, il-Qorti sabitu ħati tal-akkużi u kkundannatu tliet snin priġunerija. L-Avukat Ramon Bonett Sladden, li assista lill-imputat, qal li kien se jappella mis-sentenza.

Ekonomija

Sport