Monday, July 7, 2025

Tliet snin ħabs wara li seraq minn żewġt iħwienet

Aqra wkoll

Raġel kien ikkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li wettaq żewġ serqiet il-ġimgħa li għaddiet.

Kenneth Ellul ta’ 50 sena tressaq fil-Qorti mixli li l-Ħamis li għadda seraq flus kontanti minn ħanut f’Raħal Ġdid. Huwa kien mixli wkoll li l-Ġimgħa seraq flus u top-up cards mill-convenience shop ta’ Ħal Tarxien, kif ukoll li sar riċediv.

Fil-Qorti, huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Huwa mifhm li r-raġel ta ruħu b’idejh wara li rrealizza li l-pulizija kienet qiegħda tfittxu.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace kkundannat lil Ellul għal piena ta’ tliet snin ħabs. Imponiet ukoll ordni ta’ trattament biex jegħleb il-vizzju tad-droga.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Giuliana Magro Conti flimkien mal-Ispetturi Stephen Gulia, Lydon Zammit u Karen Cassar.
L-Avukat tal-Għajnuna Legali Axl Camilleri deher għall-imputat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport