Sunday, May 25, 2025

Tliet snin ħabs wara li ta n-nar vettura u kkawża ħsarat oħra

Aqra wkoll

Christopher Ryan ta’ 31 sena ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li ammetta li ta n-nar fuq vettura fil-Belt Valletta. Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vell hu ammetta wkoll li bl-għemil tiegħu wettaq ukoll ħsara fi propjetà ta’ lukanda. 

Fil-Qorti Ryan qal li bħala bħala kok.

Il-Qorti ordnat ukoll lill-imputat iħallas €5,000 lil sid il-karozza li ngħatat in-nar u €719 lil-lukanda fejn kienet ipparkjata l-karozza u li wkoll sofriet xi ħsarat filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal sena fuq il-vittmi.

Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat ammetta mal-pulizija li l-ħruq kien wieħed intenzjonat. L-Ispettur Shaun Pawney fil-Qorti qal li rapport dwar il-vettura li ħadet in-nar wasal fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Huwa qal li n-nar infirex għal maħżen fil-qrib, li min-naħa tiegħu kien qrib residenzi privati. Il-ħati kien ġie arrestat mid-dar tiegħu fi Triq il-Merkanti, il-Belt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport