Monday, July 15, 2024

Tliet snin minn meta sfronda s-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bla dubju li t-23 ta’ Awwissu 2020 hija ġurnata li tibqa’ mnaqqxa fl-istorja tal-Patrijiet Franġiskani u hija ġurnata partikolari għall-komunità li tinġabar fil-Knisja ta’ Ġieżu. Dan hekk kif meta lkoll qamu, sabu ħerba li malajr dwiet mar-Rabat kollu u mal-pajjiż.

Bħal bieraħ tliet snin kien sfronda s-saqaf ta’ fuq il-presbiterju u radam taħtu l-altar mejda u saru ħsarat kbar fl-art tal-presbiterju. Għalkemm kienet ċirkustanza traġika għall-aħħar, imma fil-ħniena kbira t’Alla nbidlet fi storja li għaqdet il-forzi kollha biex kulħadd skont il-ħiliet ta’ kull min offra s-sapport tiegħu b’kull mezz immaġinabbli, kollox reġa’ għan-normali fi żmien ftit xhur. “Mhux biss bdiet mal-ewwel il-ħidma biex neħħejna l-materjal ta’ travi mkissra u t-torba li waqgħu u dak kollu li tkisser, imma ridna nneħħu minn moħħ kulħadd it-tifkira ta’ dik il-ġurnata billi sar sforz unamimu biex bdejna naħsbu u naħdmu ħalli għall-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara kollox jerġa’ jkun f’postu b’pittura tas-saqaf, b’altar mejda u art tal-presbiterju ġodda.” 

Ekonomija

Sport